Facebook Page Twitter Page LinkedIn Page

Terz tal-istudenti qed jaqghu mis-sistema Edukatti

Stqarrija

09 ta’ Frar 2012

Maħruġa mill-Uffiċċju tal-Kommunikazzjoni

Terz tal-istudenti qed jaqgħu mis-sistema edukattiva

Mhuwiex aċċettabbli li terz tal-istudenti tagħna mhux qed isibu sistema li tħejjihom biex jieħdu sehem sħiħ fis-soċjeta u biex jilqgħu għall-isfidi tal-futur.

Dan iddikjarah il-Kelliem Ewlieni Laburista għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo f’konferenza tal-aħbarijiet, li matulha kkwota statistika tal-Eurostat li tpoġġi lil pajjiżna fl-aħħar post fejn jidħlu l-istudenti li ma jkomplux jistudjaw wara li jagħlqu s-16-il sena.

Evarist Bartolo saħaq li anke tifel wieħed u tifla waħda li jitħallew jaqgħu lura huma ħafna, aħseb u ara 37%.

Huwa kkwota stħarriġ, tal-Organizzazzjoni dwar il-Koperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku l-OECD. Liema stħarriġ isir fuq studenti ta’ 15-il sena kull tliet snin biex tara jekk fi tmiem l-edukazzjoni obbligatorja tagħhom kisbux l-għerf u l-ħiliet tant essenzjali għall-parteċipazzjoni sħiħa fis-soċjeta

Minn dan l-istħarriġ joħroġ kif l-istudenti Malti imorru ħafna aħjar mil-istudenti tal-Messiku li jiġu fl-aħħar post. It-tfal tagħna bħala medja jmorru bħal dawk tas-Serbja, il-Kosta Rika u l-Bulgarija.

L-istess stħarriġ juri kif f’Malta l-bniet imorru aħjar mis-subien u fil-qari hemm l-akbar differenza bejn il-bniet u s-subien fit-72 pajjia li ħadu sehem fl-istħarriġ 64% tal-istudenti Maltin huma meqjusa li għandhom ħila fil-qari minimu meħtieg biex jieħdu sehem effettiv u jkunu produttivi fil-ħajja.

Evarist Bartolo qal li dan il-persentaġġ huwa ferm iżjed baxx mill-medja tal-pajjiż i avvanzati, li huwa ta’ 81%. F’dan l-istħarriġ Malta tispikka għaliex għandha proporzjon kbir ta’ qarrejja b’ħiliet avvanzati imma għandhom ukoll proporzjon kbir ta’ qarrejja b’ħiliet fqar jew fqar ħafna ta’ qari fost l-istudenti.

Fil-Matematika, il-ħila tal-istudnti Maltin bħala medja hija bħal dawk tal-Greċja u ogħla minn dawk tal-Izrael, it-Turkija, iċ-Ċili u l-Messiku. F’Malta, 66% tal-istudenti għandhom il-livell minimu li fih jibdew juru l-ħila li jużaw il-Matematika b’mod meqjus fundamentali għall-iżvilupp futur tagħhom. Il-medja tal-pajjiż li ħadu sehem fl-istħarriġ hija ta’ 75%.

Evarist Bartolo nnota kif l-istudenti Maltin bniet anke fil-Matematika jmorru aħjar mis-subien. Fix-Xjenza l-istudenti Maltin bħala medja huma fl-istess livell ta’ dawk tat-Turkija u l-Iżrael u aħjar minn dawk taċ-Ċili u l-Messiku. Anke fix-Xjenza l-bniet qed imorru aħjar mis-subien. Id-differenza bejniethom hija fost l-ikbar fit-72 pajjiż li ħadu sehem fl-istħarriġ, flimkien ma’ dawk tal-Ġordan u tal-Emirati Għarab Magħquda.

Il-Kelliem Laburista enfasizza li mhux biżżejjed ngħidu kemm nonfqu flus fl-Edukazzjoni. Irridu naraw x’riżultati qed niksbu b’dawk il-flus. Hemm pajjiżi li jonfqu iżjed minna u jiksbu riżultati agħar. Hemm min jonqof inqas minna u qed jikseb riżultati aħjar jew bħalna. 

Evarist Bartolo żied jgħid rridu nirrikonoxxu li fadlilna ħafna x’nagħmlu biex niksbu riżultati aħjar, fejn saħaq li rridu nidentifikaw problemi fl-istudenti tagħna, minn kmieni biex inkunu nistgħu naħdmu fuqhom.

 Il-vot dwar l-Edukazzjoni

Mistoqsi dwar il-vot fuq il-Money Bill dwar l-Edukazzjoni, Evarist Bartolo saħaq li filwaqt li l-Oppożizzjoni taqbel mal-għanijiet, ma taqbilx ma’ kif il-Gvern qed jamministra s-settur edukattiv.

Huwa semma’ fost l-oħrajn is-sitwazzjoni fl-Istitut tal-Istudji Turistiċi, l-ITS fejn se jibda t-tieni semestru u hemm madwar 25 suġġett li m’hemmx għalliema għalihom. Dan apparti l-fatt li numru ta’ bidliet importanti fil-kurrikulu qed jidħlu mingħajr konsultazzjoni mal-għalliema. Sitwazzjoni deskritta mill-Kelliem Laburista bħala inaċċettabbli.

Evarist Bartolo rrefera wkoll għall-MCAST u l-mod ta’ kif qed jiġu trattati d-Diretturi u d-Deputati Diretturi, fejn il-kuntratti tagħhom qed jinbidlu għal definiti. Huwa saħaq li din hija sistema li tagħmel ħsara lill-MCAST għax b’hekk tkun qed tattira diretturi li jkollhom jikkonformaw minħabba l-biża’.

Ufficcju tal-Kommunkazzjoni
Partit Laburista

 

 

 

 

 




Copyright © 2011-2012 evarist bartolo official website | Login